Kunsilli Lokali Lokali

Tislima lil Marlene Muscat, eks Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat

Il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN) flimkien mal-Kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Kunsilli Lokali, Karl Gouder isellmu l-memorja tal-eks Kunsilliera Lokali f’Ta’ Sannat Marlene Muscat.

Il-President tal-KKLPN Charles Bonello kif ukoll Karl Gouder sostnew li tul iż-żmien li damet kunsilliera lokali, Muscat dejjem ħadmet b’integritá assoluta u dejjem rat il-ġid tar-residenti f’Ta’ Sannat. Huma rrimarkaw ukoll li minkejja li f’Ta’ Sannat l-eks Kunsilliera Muscat kienet fil-minoranza, qatt ma qatgħet qalba milli twettaq id-doveri tagħha ta Kunsilliera u l-ħidma tagħha għandha sservi ta’ eżempju għall-Kunsillieri Lokali fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Il-President tal-KKLPN u l-Kelliem tal-Oppozizzjoni għall-Kunsilli Lokali filwaqt li wrew is-sogħba tagħhom għat-telfa ta Muscat, estendew il-kondoljanzi tagħhom lill-familja ta’ Marlene Muscat u l-qraba tagħha.