Għaddew iktar minn tmien ġimgħat, u diversi klassijiet tal-Primarja għadhom mingħajr għalliema… dan b’detriment għall-edukazzjoni ta’ wliedna.
Hekk stqarrew ġenituri li tkellmu ma’ dan l-istazzjon u li urew it-tħassib tagħhom għal dak li għaddejjin minnu uliedhom. Fejn semmew anke kazijiet meta huma kienu ikkuntattjati mill-iskola sabiex ma jibagħtux lit-tfal tagħhom peress li l-għalliema kienet ma tiflaħx u ma kienx hemm min jieħu ħsieb il-klassi.
Iżda quddiem dan kollu, il-Ministru tal-Edukazzjoni ma offriet ebda serħan il-moħħ.
Fil-bidu tas-sena skolastika, il-Union tal-Għalliema kienet tkellmet diversi drabi dwar din il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema… problema li għadha tippersisti.
Fl-aħħar snin kien hemm diversi appelli sabiex jingħata iktar inċentiv u sostenn għall-professjoni tal-għalliema… iżda donnha l-Ministru tal-Edukazzjoni ftit li xejn tat każ din il-ħaġa tant li fi kliemha stess qalet li m’hemmx xi jsir. B’kuntrast mal-pozizzjoni tal-PN, li jrid jincentiva din il-professjoni permezz ta’ pagi ahjar ghall-edukaturi.
Intant, staqsejna lill-Ministru dwar xi pjan ta’ kontinġenza għandhom kemm-il darba li l-każi tal-Covid fl-iskejjel jibdew jiżdiedu…bil-Ministru ma taghtix aktar detalji dwar kif se jkun qed jimxi eżatt dan il-pjan.
//= $special ?>