Lokali

Abela qed jagħmel bħall-ħmar li jwaħħal f’denbu dwar il-kuntratt mal-Vitals

Robert Abela jaħseb li jista’ jgħaddi ż-żmien bin-nies meta joqgħod taparsi jbeżża’ bil-penalitajiet jekk il-kuntratt tal-isptarijiet ma jkunx onorat meta jaf li diġà qed jinkisru l-obbligi kuntrattwali.

Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fuq Facebook dwar il-kuntratt li l-Gvern Laburista ta lil Vitals għal tliet sptarijjiet pubbliċi, fejn qal li Abela qed jagħmel bħall-ħmar li jwaħħal f’denbu.

Kompla li għax illum jaqbillu, Abela qed jgħid li ma jaqbilx mal-€100 miljun penali tal-Vitals meta hu kien il-Konsulent tal-Prim Ministru li awtorizza dawn l-istess penali. Sadanittant, qed jibqa’ jwebbes rasu u se jagħtihom €69 miljun s-sena d-dieħla għal servizz mhux denju u xogħlijiet fantażma.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kiteb li Abela għandu minnufih iwaqqaf dawn il-ħlasijiet għal kuntratt ivvizzjat u immedjatament jara li l-poplu jieħu lura l-flus li nsterqulu. U dan hu dak li l-Partit Nazzjonalista diġà qed jagħmel mill-Oppożizzjoni.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/443878700468108