Dik li setgħet potenzjalment kienet traġedja oħra fil-Gżejjer Maltin fortunatament irriżultat f’allarm falz.
Dan hekk kif kmieni l-Erbgħa filgħaxija diversi uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ ambulanza u patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta ġew imsejħa fix-xatt ta’ Buġibba wara li daħal rapport li għebet mara wara li niżlet tgħum.
Wara tfittxija intensiva madanakollu fortunatament irriżulta li kienet allarm falz hekk kif il-mara li niżlet tgħum kienet telgħet mill-baħar ftit tal-ħin wara u saħansitra marret lura d-dar.
Madanakollu l-persuni mal-ixtajta li kienu fil-post lemħu basket li nesiet il-mara max-xatt u għaldaqstant, minħabba li ma rawhiex tiela lura…ħasbu li ntilfet fil-baħar.
//= $special ?>