Lokali Saħħa

Control Room ġdida tal-112 fi ħdan l-Isptar Mater Dei

Ritratt: Arkivji

Mill-1 ta’ Diċembru pajjiżna se jkollu Command Control Centre ġdida fl-Isptar Mater Dei sabiex tkun tista’ tibda tieħu s-sejħiet ta’ emerġenza tal-112.

Ġie spjegat li meta tidħol sejħa fuq il-112 – din it-telefonata l-ewwel tmur fid-Depot tal-Pulizija minħabba l-fatt li jaf ikun hemm l-intervent tal-uffiċjali tal-Pulizija, Armata jew tal-Protezzjoni Ċivli u għaldaqstant it-telefonata tidħol f’post ċentrali.

Sabiex sussegwentament la darba tkun deċiża li t-telefonata hija waħda ta’ natura medika, tgħaddi f’dan iċ-ċentru.

Ta’ min jiġi nnotat li 70% tat-telefonati jkunu sejħiet ta’ emerġenza medika jiġifieri diretti lejn l-Isptar Mater Dei.

Intant fil-jiem li għaddew ġiet ittestjata s-sistema ta’ roaming emergency responders, b’żewġ timijiet mediċi fit-toroq Maltin sabiex ikunu ta’ assistenza aktar rapida f’każ ta’ emerġenza.

Dan filwaqt li fil-jiem li ġejjin se jkunu introdotti 15-il ambulanza ġdida.