Hekk kif f’pajjiżna qed tikber dejjem aktar il-popolarità tal-maratoni kemm fost il-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll fost turisti li jiġu pajjiżna apposta għal dawn l-avvenimenti, aktar kmieni din il-ġimgħa ġiet imnedija l-Malta La Valette Marathon.
Din il-maratona li hija skedata għall-24 t’April tas-sena d-dieħla hija maħsuba li ssir appuntament annwali ġdid fil-kalendarju tal-maratoneti.
Id-dettalji ta’ din il-maratona ingħataw minn Matthew Pace f’isem ‘Corsa Events’, li huma l-moħħ wara l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment sportiv ġdid.
Huwa spjega kif l-atleti se jkunu jistgħu jiġru il-maratona sħiħa ta’ 42km jew in-nofs maratona ta’ 21km. Għal min jippreferi jimxi, se jkun hemm il-possibiltà wkoll ta’ walkathon,
Fid-diskors tiegħu, Pace qal li din il-maratona għandha l-għan li tkompli tipprommwovi lil pajjiżna bħala destinazzjoni turistika sportiva. Pace spjega kif it-tema La Valletta intagħżlet biex tfakkar il-ħajja tal-Grammastru marbut mal-Belt Kapitali tagħna, u għalkemm l-ewwel edizzjoni hija skedata għal April li ġej, fis-snin ta’ wara hu maħsub li dan l-avveniment jibda jsir kull l-ewwel Ħadd ta’ Frar, qrib l-4 ta’ Frar li hu għeluq snin La Vallette.
//= $special ?>