Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 86 każ ġdid – ifiqu 39

Huma 86 il-każi ġodda rreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li fortunatament bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma tilef ħajtu ħadd kawża tal-pandemija li ilna nħabbtu wiċċna magħha sa minn Marzu 2020. Għaldaqstant il-vittmi tal-virus għadhom qed jammontaw għal 464.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa permezz tal-aġġornamenti fuq Facebook ħabbar li komplew jiżdiedu l-pazjenti fi ħdan l-Isptar Mater Dei li huma pożittivi għal virus hekk kif issa qed jammontaw għal 17, inkluż żewġ pazjenti rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Intant kienu 39 il-persuni rreġistrati bħala mfejqa fl-aħħar 24 siegħa u għalhekk, il-każi pożittivi attivi żdiedu għal 954, l-ogħla total sa mill-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu.