Internazzjonali

COVID: Id-WHO twissi lill-pajjiżi biex jieħdu l-miżuri jew jiffaċċjaw aktar imwiet

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa mill-ġdid imħassba hekk kif l-infezzjonijiet tal-Covid-19 qed jerġgħu jiżiedu., bid-WHO qed tbassar nofs miljun mewta oħra fil-kontinent Ewropew sar-Rebbiegħa li jmiss.

L-istess organizzazzjoni, fi twissija li tat, qalet li jekk mhux se jittieħdu miżuri serji biex titrażżan il-firxa tal-virus se nkunu qed naraw ħafna mwiet fix-xhur li ġejjin.

Id-direttur Eżekuttiv tad-WHO fl-Ewropa Robb Butler qal li jekk il-pajjiżi mhux se jbiddlu t-triq li qegħdin fiha, sa Marzu se jitilfu ħajjithom man-nofs miljun persuna oħra kawża tal-pandemija.

Butler kien qed jitkellem fl-isfond tal-fatt li l-ġimgħa li għaddiet inqabżu l-miljun u nofs fatalità riżultat tal-pandemija li ħakmet id-dinja sentejn ilu.