Lokali

Fearne favur il-kannabis… Falzon mhux ċar

Il-Membri tal-Kabinett ta’ Robert Abela mhux qed jiġbdu ħabel wieħed, b’ideat konfużi relatati mal-legalizzazzjoni tal-kannabis.

Wara li l-legalizzazjoni tal-kannabis f’pajjiżna spiċċat fuq l-aġenda nazzjonali b’diversi imsieħba soċjali jiddeskrivu din il-mossa bħala waħda mgħaġġla minn naħa tal-Gvern ….hafna qed jinsistu li dan il-pass qed isir biss minħabba li ġejja l-elezzjoni ġenerali, u mingħajr ebda djalogu.

L-Erbgħa filgħodu Net News staqsa lill-Ministru Michael Falzon jaqbilx mal-legalizzazzjoni tal-kannabis f’pajjiżna bil-Ministru jitkellem biss fuq “edukazzjoni”…u mhux legalizzazjoni.

Mistoqsi jekk jaħsibx li hija kontradittorja li f’inqas minn 24 siegħa l-Gvern fetah ċentru tal-Caritas għall-adolexxenti minhabba l-kura ghad-droga u fl-istess ħin jimbuttaw sabiex il-pjanti tal-kannabis jitkabbru fid-djar ….Falzon wiegeb b’dan il-mod.

Fl-aħħar jiem l-entitajiet soċjali insistew li din il-liġi se tilliberalizza aktar l-użu tas-sustanzi u tpoġġi lill-uliedna fil-periklu li jkunu eqreb ghall-abbuz.

Madanakollu, minkejja dawn l-appelli minn fost oħrajn Caritas Malta kif ukoll Richmond Foundation, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne stqarr illi jaqbel mal-legalizzazjoni tal-kannabis.