Lokali

“Fl-aħħar xi ħadd irnexxielu jibda t-triq biex nibdew niġbru ġieħna bħala pajjiż” – Lawrence Gonzi

“Fl-aħħar xi ħadd irnexxielu jibda t-triq sabiex nibdew niġbru ġieħna bħala pajjiż.” Hekk sostna l-eks Prim Ministru u eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Lawrence Gonzi b’reazzjoni għar-rebħ tal-vot tal-PPE tal-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola fejn sostna li għandu fiduċja sħiħa fiha.

Lawrence Gonzi saħaq li flimkien mal-mara tiegħu Kate, minn qalbhom u f’isem ukoll il-Maltin kollha jappoġġjawha u jawgurawlha kull suċċess.

Huwa saħaq li l-pajjiż jinsab warajha għaliex jemmen bi sħiħ li hija kompetenti, onesta u serja – rappreżentanta denja ta’ dak li l-Maltin u l-Għawdxin jistennew mingħand min jiġi elett biex jirrappreżentahom.

Dan filwaqt li rringrazzja wkoll lil MPE David Casa li għażel li jirreżenja mill-kariga ta’ Quaestor sabiex Roberta tkun tista tikkontesta għal din il-kariga.

https://www.facebook.com/lawrencegonzi/posts/455708475923397?cft[0]=AZWX5R0OJxAAlBb-nGv970wXxLgkRymKX1cspbZpvFa4G1pBEMimyGO1QLbMtVtwhbw_1jcfsRG0PaXXTXxHxcfIG9hRj6oIuVWIQ1FunCuCbRTI0a8bA1m0N__D9kjtkWI&tn=%2CO%2CP-R

Awguri li wasslu wkoll mingħand l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, illum Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, Simon Busuttil fejn insista li dan li jfisser meta Malta tkun immexxijja minn nies li verament jistgħu jibnu r-reputazzjoni tal-pajjiż mill-ġdid.

Huwa saħaq li illum Roberta Metsola qed twettaq l-istorja.

https://www.facebook.com/BusuttilSimon/posts/462042925279821?cft[0]=AZVea8mYFsiBOqH_J4ZIy8xtVzgOHw8ZSPoh5DfUtGEJnxwrhsGDpsEC44Wrp5u48WO9ZIt08dOA627EZXqAxY7s_OQ0dqsFba6hgZ8vPeIobaIaTewiGTeW_8_OdopV0deiHf1wFhNGWaip_cCqwYoCw9enwS_iP-MgQWnoR2gwgMx79XdkkoNOB0_K4LdHTL8&tn=%2CO%2CP-R