Minn fatti investigati mill-Awditur Ġenerali jirriżulta li l-kumpanija Gasol ingħataw irr-responsabbiltà li jwettqu l-power station tal-Electrogas meta dawn kienu falluti.
Fil-bidu tas-seduta tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC)li saret llum inqrat korrispondenza mibgħuta mill-avukati tal-ex ministru Laburista Konrad Mizzi li fiha kien speċifikat li Konrad Mizzi għadu rikoverat fl-Isptar Mater Dei minħabba kundizzjoni gravi.
Fis-seduta kompla jixhed Paul Apap Bolonga li kien mistenni minn Glenn Bedingfield dwar l-opinjoni tiegħu fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali. Apap Bologna qal li hu jemmen li l-proġett tal-power station tal-Electrogas hemm speċifikat li l-porġett sar b’mod trasparenti u miftuħ u li ttieħdu l-aħjar miżuri biex l-aġġudikazzjoni ssir bl-aqwa mod. Hu qal li fl-2006 mhux huma biss kienu qed jipproponi proġett ta’ power station taħdem bl-LNG u kompla li l-intenzjoni tal-gvern dak iż-żmien kienet li l-pajjiż imut f’dik id-direzzjoni.
Paul Apap Bologna xehed li fl-opinjoni tiegħu hu dejjem emmen li l-aħjar għażla għal Malta kienet power station bl-LNG. Hu qal li dak iż-żmien qatt ma kien tkellem mal-Oppożizzjoni Laburista u sostna li sa fejn jaf hu, ma kien hemm diskussjonijiet mal-PL qabel l-elezzjoni tal-2013.
Għal iktar mistoqsijiet tad-deputat Laburista Glenn Bedingfield, Paul Apap Bologna qal li hu ħassu intimidat bil-mistoqsijiet li sarulu fil-PAC li wħud minn kienu “taħt iċ-ċintorin”. Jien m’għandi xejn x’nabi fuq dan il-proġett, sostna Paul Apap Bologna, li żamm sieket quddiem mistoqsija jekk kienx interrogat mill-pulizija. Ix-xhud qal li hu qatt ma kien xaħħam lil xi ħadd.
Għal mistoqsijiet tas-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, Paul Aap Bologna qal d-diskussjonijiet inizjali mal-kumpanija Ingliza kienu fl-aħħar tal-2006. Hu xehed li kellu laqgħat ma politiċi dwar il-proposta tal-power station fejn kien hemm min kien talab iktar laqgħat u min kien favur. Apap Bogona qal li, bejn l-2005 u l-2013, kien iltaqa’ mal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, u l-Ministru Gatt, Pullicino u Dalli
Ix-xhud kompla li dak li ħabbar il-PL u l-proposti tagħhom ma kienux identiċi tant li kellhom isiru bidliet fil-kobor tal-proġett.
Mistoqsi mid-deputat Karol Aquilina ix-xhud ma ftakarx jekk qal li fl-2015 l-Electrogas, CP Holdings u l-GEM ħadux xi passi dwar Panama Papers iżda minuta wara ftakar li kienet saret laqgħa dwar dan fil-Bord tad-Diretturi. Karol Aquilina fakkru li hu stess kien ikkonferma dan qudiem l-inkjesta dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Mistoqsi x’kien l-qofol tad-diskussjonijiet dwar il-Papama Papers, ix-xhud qal li ma ddiskutewx in-nies inovluti u l-kumpaniji iżda sempliċiment il-fatt li din l-aħbar kienet żvelata. Ix-xhud ma ftakarx ma kien kien tkellem dwar il-Pamana Papers u baqa’ sieket jekk iddiskutiex il-fatt li Yorgen Fenech kien id-Direttur ta’ 17 Black. Hu ma weġibx jekk iddiskutiex dan flimkien ma’ Yorgen Fenech, jekk għamilx dikjarazzjoni lill-Bord u jekk tkellimx ma’ persuni oħra dwar dan.
Għal mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, ix-xhud qal li kienu l-Gasoil li kienu qed iwettqu dan il-proġett flimkien iżda sostna li ma kienx jaf li fl-2014 il-Gasoil PLS kenet tilfet 55.84% tal-valur tagħha. Beppe Fenech Adami fakkru li hu kien ir-rappreżentat tagħhom. Mill-kontijiet awditjati tal-Gasol jirriżulta li l-kumpanija ma kellhiex assigurazzjoni li toħloq il-kapital neċessarju; kien evidenti li ma jagħmilx sens li jsir negozju magħhom.
Jirriżulta li l-NAO investiga l-kontijiet u stabilixxa li Gasol ma setgħux qatt iwettqu dan il-proġett, sostna Beppe Fenech Adami, li staqsa x’kienet ir-raġuni li ddaħħlu Gasol fil-proġett. Ix-xhud qal li hu m’għmilx il-verifiċi dwar. L-Awditur Ġenerali kkonkluda li Gasol ma kellha qatt tkun parti minn dan il-konsorzju. Ix-xhud xehed li Gasol kellhom il-kuntatti ma’ Siemens u Socar biex iwettqu dan il-proġett.
Għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Ryan Callus li l-uniku differenza mal-proposta tal-PL kienet fl-użu tat-tanker tal-gass ix-xhud qal li ma kienx jaf b’dan.
//= $special ?>