Lokali

Il-Caritas imħassba dwar il-fatt li l-abbuż se jiżdied

“Jekk tgħaddi l-liġi tal-kannabis, iż-żgħażagħ se jkollhom exposure aktar wiesgħa u l-periklu se jkun akbar – Se tkun sfida akbar għaz-zġħazaġħ u għall-familji”

Tħassib ċar minn Anthony Gatt, id-Direttur tal-Caritas.. wara li din il-Ġimgħa bdiet id-diskussjoni dwar ligi imressqa mill-Gvern li mistennija tillegalizza l-uzu tal-kannabis.

Waqt intervista li saritlu minn Lisa Spiteri fil-programm Net Live, Anthony Gatt sostna li jekk tgħaddi din il-liġi u f’Malta l-kannabis tiġi legalizzata, din se tagħmel iktar ħsara milli ġid…ghaliex hu naturali li aktar ser ikun hemm abbuż.

“Meta inti tilliberalizza, ha jkollok aktar nies li se juzgħaw is-sustanza, għax ovjament għandha l-pjacir tagħha .. u dak kollu li jagħti pjaċir lill-bniedem huwa kalamita’. ”

Fid-dawl ta’ dak li qed jiġi diskuss bħalissa fil-Parlament Malti dwar il-liġi tal-kannabis, id-Direttur tal-Caritas saħaq li l-pożizzjoni li qed jieħu l-Gvern ma kinitx kif stennew il-Caritas.

“L-approach li qed tittieħed dwar il-ligi tal-kannabis, m’hiex l-approach li aħna konna proponejna”

Tul l-intervista, Anthony Gatt esprima t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li z-zgħazagħ jħobbu jesperimentaw …u għalhekk din il-liġi se tagħmel iktar ħsara.

“Il-biża tagħna hija li din il-liġi ser iżżid in-numru ta’ nies li se juzgħaw…. Jekk se jizdiedu n-numbers se jiżdiedu dawk li ser issofru id-dipendenza u l-konsegwenzi serji ħafna tad-dipendenza.”

Anthony Gatt għamel referenża għall-multi li jingħataw lil dawk il-persuni li jinqabdu bi 3.5g ta’ marijuana.Huwa qal li dawn il-multi jammontaw bejn €75 u €100 ewro, iżda ironikament, dawk li jinqabdu jpejjpu ġewwa f’xi stabbiliment jingħataw multi li jammontaw għal €250 ewro… ċitazzjoni ferm akbar milli kieku tinqabad bil-ħaxixa. U allura….skont il-Caritas….b’mod indirett il-liġi tgħidlek li aħjar tinqabad b’joint milli tpejjep sigarett normali.