Internazzjonali

Il-Ġermanja: Scholz jasal għal ftehim biex itemm l-era ta’ Merkel

Olaf Scholz se jmexxi koalizzjoni ta’ tliet partiti li se jaħdmu fuq it-tranżizzjoni tal-Ġermanja lejn l-ekonomija l-ħadra — b’dan il-ftehim, effettivament, qed itemm sittax-il sena ta’ Gvern taħt it-tmexxija tal-eks Kanċillier Angela Merkel.

Dan ifisser ukoll li, sentejn wara li l-Partit Socjal Demokratiku tiegħu rebaħ l-elezzjonijiet federali, Scholz se jibda jamministra l-Ġermanja flimkien mal-Ħodor u d-Demokratiċi Ħielsa li huma l-partit ewlieni Ġermaniż favur il-kummerċ.

Madankollu, il-ftehim politiku jibbaża fil-parti kbira fuq il-protezzjoni tal-klima, bil-partiti fil-Gvern qed jaħsbu biex jeliminaw l-użu tal-faħam sal-2030 — jiġifieri tmien snin qabel iż-żmien oriġinali programmat.

Il-partiti anki jridu li mat-80 fil-mija tal-elettriku li jaqdi l-ħteġiet tal-Ġermanja ikun iġġenerat mill-enerġija sostenibbli — bil-pjan jesiġi wkoll għall-preżenza ta’ 15-il miljun karozza li jaħdmu bl-elettriku fit-toroq tal-Ġermanja.

Il-koalizzjoni qed tippjana wkoll biex tillegalizza l-bejgħ tal-kannabis fiċ-ċentri liċenzjati u meta se jsir skrutinju fuq il-kwalità u d-distribuzzjoni tad-droga.

Il-Ġermanja hi l-akbar ekonomija tal-Ewropa u dan ifisser li d-deċiżjonijiet tal-Gvern ta’ Scholz għandu jaffettwa sew lill-Istati ġirien.