Lokali

Il-Kap tal-PN Bernard Grech jawgura lil Roberta Metsola

“Nifraħ lil Roberta Metsola tar-riżultat prestiġjuż li kisbet. Roberta illum reġgħet għamlitna kburin li aħna Maltin.”

Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ftit wara li saret magħrufa l-aħbar li l-Membru Parlamentari Ewropew intgħażlet f’elezzjoni interna mill-Partit Popolari Ewropew sabiex tkun il-kandidat għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew.

Bernard Grech insista li lil hinn mill-attakki partiġġjani, fl-aħħar snin Metsola serviet bħala Membru Parlamentari Ewropew u għamlet isem għaliha u għal pajjiżna billi ddefendiet il-valuri Ewropej tal-libertà u ġustizzja.

Huwa saħaq li l-votazzjoni tal-lum mhux biss hija rikonoxximent għaliha iżda kemm għal Malta kif ukoll għall-Partit Nazzjonalista li dejjem kellu fiduċja fil-ħiliet tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/444133543775957?cft[0]=AZWJqTAvJo54m4rYwbqBpiYFkOf6HNGqgCs7PpANBicZAIbVq34OKjabUnh2TFYDL7sZnwBYvpcGh8HUcYhjSWtu8D5-xFeeKih7UuphYWNvDnwYRKnUFyVIwxNGLctWrA0DMGVttHZhC8zmopTAf-Cz&tn=%2CO%2CP-R