Knisja Lokali Saħħa

Il-Kurja twieġeb wara li Fearne farfar il-kwistjoni tal-festi fuqha

Il-protokolli għall-attivitajiet reliġjużi jikkonċernaw biss dak li jsir fil-knejjes u f’postijiet li jintużaw għall-qima reliġjuża. Sostniet dan il-Kurja tal-Arċisqof fejn insistiet li rigward ċelebrazzjonijiet esterni…bħal purċissjonijiet tal-festi, il-Kurja tippermetti li dawn isiru meta u kif…u dejjem jekk, jiġu approvati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Dan ingħad wara li aktar kmieni f’konferenza tal-aħbarijiet, meta l-Ministru Chris Fearne kien mistoqsi x’jaħseb dwar il-fatt li bosta qed jisħqu li qed issir diskriminazzjoni mal-festi reliġjużi huwa farfarha fuq il-kurja hekk kif saħaq li bħal ma’ saret il-Fun Run jistgħu jsiru l-attivitajiet reliġjużi bil-protokolli stabbiliti…la darba ma jkun hemm ebda oġġezzjoni mill-awtoritajiet tal-Kurja.

Il-Knisja Maltija saħqet li l-pożizzjoni tagħha diġà kienet għamlitha ċara f’Mejju li għadda u insistiet li se tibqa fi djalogu kemm mal-Awtoritajiet tas-Saħħa kif ukoll mal-istakeholders konċernati.