Fil-bidu tas-Seduta Parlamentari, il-Parlament Malti fakkar Jum il-Mediterran li se jkun imfakkar għall-ewwel darba nhar il-Ħadd li ġej.
F’diskors tal-okkażjoni l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li tajjeb li niċċelebraw il-Jum il-Mediterran għaliex iqanqal emozzjojnijiet varji, inkluż tagħna l-Maltin għaliex nagħruf li dan hu wirt internazzjonali.
Ejja negħlbu d-differenzi tagħna u nagħruf minfejn ġejna u minfejn tlaqna. Ejja nħaddmu d-diversità għaliex il-kunċett tal-Mediterran hu mibni fuq l-għaqda.
Tkellem imbagħad il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li tajjeb li nagħmlu din iċ-ċelebrazzjoni tal-Mediterran u tajjeb li nhar il-Ħadd li ġej infakkru dan il-jum importanti bil-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kollha fil-baċin tal-Mediterran.
Hemm diversi sfidi li jridu jkunu indirizzati, fosthom il-klima li qed tisħon, il-ġlieda għal ambjent isbaħ u aktar san, l-isfida tal-qgħad, tal-isfida tal-immigrazzjoni u l-kriminalità kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar u l-isfida tal-mibegħda lejn dak li hu differenti minna.
Il-Union tal-Mediterran, li twaqqfet fl-2008, taħdem b’mod attiv f’diversi oqsma fosthom għal aktar sigurtà u paċi fil-Mediterran. Din hi ħidma bażata fuq il-pilastru politiku, il-ħidma politika u anki l-impenn kulturali.
Il-baċin tal-Mediterran fih ħafna razez, reliġjonijiet u kulturi u tul is-snin esperjenza wkoll il-gwerer u l-ġlied. Ilkoll ninsabu fil-Baħar Mediterran, iżda mhux qegħdin fl-istess opri tal-baħar. Ċerti opri tal-baħar huma aktar f’saħħithom minn oħrajn tant li fl-aħħar snin hu stmat li tilfu ħajjithom mgħarrqa fil-Mediterran xejn inqas minn 25,000 persuna!
Evarist Bartolo qal kienet għamlet tajjeb Malta meta nsistiet li ma jistax ikun hemm sigurtà u kooperazzjoni fl-Ewropa jekk ma jkunx hemm l-ewwel is-sigurtà u l-kooperazzjoni fil-Mediterran.
Id-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar l-Affarijiet Barranin, wieġeb għal dawn id-diskorsi u qal li hu jingħaqad ma’ dak li qalet is-Sedja u dak li qal il-Gvern dwar l-importanza tal-Mediterran. Din l-Unjoni għall-Mediterran tgħin għat-tisħiħ tad-diversi twemmin, ċivilitajiet, reliġjonijiet fi ħdan dan il-baċin.
Il-Unioni tal-Mediterran tiflaħ aktar direzzjoni politika u direzzjoni aktar soda. Bażati fuq
Tajjeb li nifhmu l-importanza tal-Mediterran għaliex dak li sar fil-Mediterran tul is-snin influwenza lid-dinja kollha. Il-Mediterran illum il-ġurnata jmiss ma’ partijiet oħra tad-dinja u għalhekk irid jibqa’ attent ħafna biex ma jkunx sorpassat minn realtajiet oħrajn.
Hu qal li hemm bżonn ta’ aktar politika qawwija fuq diversi oqsma merkantili biex il-baħar tal-Mediterran ikun baħar aktar stabbli, san u fejn l-ekonomija tkun tista’ ssir għall-ġid tal-istess pajjiżi fil-Mediterran.
Carmelo Mifsud Bonnici kompla li wieħed jista’ jitkellem dwar il-qabdiet tal-ħut, dwar it-tħaddim tat-turiżmu u anki dwar it-tħaddim tal-aħjar għodda kultura u appella li anki hawnhekk l-Unjoni tal-Mediterran taħdem b’mod effettiv biex il-Mediterran ikun aktar effettiv.
Ħeġġeġ ukoll lill-Unjoni tal-Mediterran biex tissokta tagħti s-sehem tagħha wkoll fil-ġlieda kontra l-pandemija.
Il-Mediterran iġib flimkien il-familji kollha ta’ dan ir-reġjun fid-dinja u tajjeb li wieħed japprezza li f’dan kollu Malta tinsab fin-nofs u fil-qalba b’impenn li dejjem irid il-ġid u l-paċi lill-pajjiżi tal-madwar, lill-pajjiżi Ewropej u lid-dinja.
//= $special ?>