Lokali Parlament

Il-PL jaħdem biss fl-interessi tal-ftit

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista qal fil-parlament li l-mod kif il-gvern Laburista jaħseb l-iktar fin-nies tal-qalba tiegħu u ma jgħtix kas il-ħtiġijiet tas-soċjetà juri kemm il-PL jaħdem biss fl-interess tal-ftit.

Ivan Bartolo qal li Malta qed issir pajjiż ikrah kollu konkrit u sostna li fl-aspett soċjali għad hawn problemi fost setturi kbar. Hu qal li l-għoli tal-ħajja qed tkompli tgħafas partikolarment għall-oġġetti essenzjali.

Il-piż qed dejjem jikber fejn il-ħajja qed tgħola bil-qawwi; tal-qalb u d-deputati Laburisti jkomplu jiffangaw iżda lill-poplu l-Gvern tah biss €1.75c kuljum. Dawn m’humiex biżżejjed għall-ħajja, sostna Ivan Bartolo, li semma’ kif il-Gvern qed jisraq ukoll lill-polu fid-dawl u l-ilma.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dawn ir-realtajiet għandhom bżonn soluzzjonijiet ġodda u sostna li l-gvern irid jgħaraf is-sinjali taż-żminijiet u jippjana għall-futur. Ivan Bartolo kompla li l-PN irid ikun ta’ servizz għall-pajjiż; il-gvern irid jintervjni fejn hemm fmailji li qed ibatu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-indifferenza mhix aċċettabbli fis-soċjetà għaliex din tnawwar is-soċjetà. L-individwaliżmu wkoll sar probema għaliex issa qed jinfirex anki fost il-familji.

Ivan Bartolo kompla li ftit huma dawk li jintervjenu quddiem is-saram ta’ ħaddieħor; il-bniedem qed idawwar rasu quddiem ir-realtajiet ta’ ħaddieħor. Hu reġa’ semma l-ambjent u qal li s-soċjetà qed tarmi lill-bniedem.

Is-soċjetà għandha twettaq dak li twiegħed, sostna Ivan Bartolo, li semma’ kif l-ex Prim Ministru Joseph Muscat daħħal €60,000 mingħand kumpanija viċin Steward; meta trid sitt snin bil-paga minima biex iddaħħal €60,000. Din hi r-road map kif fil-politika l-PL jaħdem fl-interessi tal-ftit.