Lokali

Imħassbin li t-theddid ta’ vjolenza kontra dawk li jikkritikaw il-Gvern qed jirranka – Repubblika

Fi stqarrija maħruġa minn Repubblika, uwrew l-apprezzament tagħhom lill-Pulizija li solvew każ ieħor ta’ theddid, din id-darba theddid li sar b’ittri anonimi.  Fost dawn il-persuni mhedda hemm għal darb’oħra il-president ta’ Repubblika, opinjonista u persuni mill-Opposiżizzjoni.

Waqt li Repubblika hija sodisfatta bil-ħidma tal-Pulizija, huma saħqu li wkoll imħassba li t-theddid ta’ vjolenza kontra dawk li jikkritikaw il-Gvern qed jirranka.

Repubblika jinnutaw ukoll li ħafna minn dan it-theddid isegwi n-narrativa użata minn parti mill-media tal-Partit Laburista.  Huwa evidenti li diskors u narrativi użati minn din il-media qed jistimolaw dan it-theddid.

“Sfortunatament, jidher li s’issa din il-media qed titħalla tuża dan il-lingwaġġ perikoluż.”

Repubblika jistennew li l-Prim Ministru u t-tmexxija tal-Partit Laburista, li huma responsabbli minn din il-media, jieħdu l-passi kollha biex jitwaqqaf dan l-aġir perikoluż qabel ma jkun tard wisq.