Lokali Parlament

Jeħtieġ inkunu iebsa kontra l-kitba ta’ mibgħeda

Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini qalet li jeħtieġ inkunu iebsa kontra l-kitba ta’ mibgħeda

Fil-parlament Therese Comodini Cachia tkellmet dwar il-mibgħeda fil-kitba u qalet li din tħeġġeġ il-vjolenza u l-ħażen. Hi semmiet il-każi kontra l-ġurnalisti u qalet li l-ħsibijiet wara l-kummenti ta’ mibgħeda jkunu intenzjonati li jżebilħu lill-ġurnalisti.

Il-kitba ta’ mibgħeda turi intolleranza; xi kultant huma l-politiċi stess li jiġġustifikawh b’mod għaliex jorbtu l-kliem ta’ mibgħeda ma’ kritika ġustitifikata. Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-kliem ta’ mibgħeda għandu jkun kundannat fil-konfront ta’ kulħadd u mhux il-politiċi jkunu selettivi fil-kundanni tagħhom.

Hi semmiet l-użu ta’ profili foloz u spjegata kif membri tas-soċjetà ċivili kienu attakki fuq l-istazzjon Laburista. Għal dan il-Prim Ministru qal li hu ma setax jara x’se jgħidu l-preżentaturi; dan mhux aċċettabbli.