Lokali Parlament

Jeħtieġ noħolqu l-impjiegi u l-industriji ta’ valur li jixraq lil pajjiżna

Kisty Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono sostniet fil-parlament li l-pajjiż jeħtieġ joħloq l-impjiegi u l-industriji ta’ valur li jixirqu lil pajjiżna.

Meta kienet qed titkellem dwar l-Att dwar l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-Investment Services Act, l-Att Bankarju u l-Att dwar l-Istituzzjonijet Finanzjarji.

Dawn huma proposti l-emendi imposti fuqna mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill Ewropew. Rigward dan l-Att, qiegħdin tard ħafna, tant li diġà hemm proċeduri ta’ infringement kontra pajjiżna mill-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħra.

L-FIAU kienet aktar iffokata fuq l-aspett investigattiv tal-AML waqt li l-AML Unit fi ħdan l-MFSA huma aktar ffokati fuq l-aspett tas-superviżjoni. Bl-introduzzjoni tal-RRM qed naraw konverġenza, u hekk għandu jkun, bejn l-istituzzjonijiet varji u allura r-regulatory bodies tal-AML u prudence principle u b’hekk huma mistennija jikkoperaw aħjar fuq kull livell inkluż l-iskambju tal-informazzjoni. Dan b’mod partikolari f’aspetti ta’ authorisation, fit and proper test, supervisory review u proċessi tal-evalwazzjoni.

Ovvjament dan japplika għall-pajjiżi kollha membri fl-Unjoni Ewropea. L-ghan ewlieni jibqa’ li dawn il-bidliet inaqqsu l-aptit għax-shadow economy, money laundering, finanzjament tat-terroriżmu u r-riskju ta’ falliment ta’ istituzzjonijiet finanzjarji.

Minn aspett tekniku dawn l-emendi huma kollha pożittivi u meħtiega fiċ-ċirkustanzi. Dan se jwassal għall-impatt negattiv ukoll – b’mod partikolari – żieda fl-ispejjeż tal-compliance li ta’ dawn iħallas għalih il-practioner, il-klijent tiegħu u l-klijenti tal-banek in ġenerali.

Għalhekk waqt li aħna l-Oppożizzjoni qed inkunu responsabbli u kif dejjem għamilna nerġghu nagħtu s-sostenn tagħna u bhal dejjem nonoraw l-konsensus politiku f’materja ta’ servizzi finanzjarji u aspetti ekonomici oħra; però ma nistgħux ma nkomplux inwasslu il-weġgħa li għandha din l-industrija.

Li l-compliance costs, li l-ispejjez ta’ due diligence, fit and proper tests u oħrajn jiżdiedu għaliex aħna wara kollox pajjiż Ewropew u jeħtieġ li inkunu naqblu mar-rekwiżiti imposti fuqna minll-istituzzjonijiet Ewropej; dak nifhmuh, naċċettawh u ma nikkritikawhx.

Iżda l-practioners, l-accountants, il-professjonisti, is-CSP, il-bankiera u l-klijenti – kull ċittadin Malti u Għawdxi jkompli jħallas aktar għaliex pajjiżna kellu u għad irid jibghat il-messagg li qed nieħdu l-miżuri kontra l-ħasil tal-flus bis-serjetà wara s-serje ta’ skandli marbuta ma’ pajjiżna; u dik mhiex aċċċettabbli.

Il-grey listing żgur li mhiex qed tgħin. L-istqarrija tal-Bank Centrali ta’ Malta kellha messaġġ kien kawt hafna; irrapporta dwar l-Interim Financial Stability Report 2021 li jassessja l-iżviluppi fis-sistema finanzjarja domestika ta’ pajjiżna fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.

L-agenzija tal-credit rating Fitch din il-ġimgha, qalet: The Stable Outlook reflects Fitch’s expectation that GDP growth will recover and that debt will stabilise following the fiscal shock caused by the pandemic, supported by a strong revenue recovery. At the same time, there is continued downside risk from the evolution of the coronavirus and its effect on the tourism sector and public finances, as well as the risk of macroeconomic instability from the Financial Action Task Force’s (FATF) decision to greylist Malta. The FATF’s decision in June to place Malta on its so-called greylist has not yet materially impacted the Maltese economy and its large banking sector (total banking assets amounted to close to 300% of GDP at end-September). However, if Malta remains on the list for a prolonged period, the reputational damage from greylisting could eventually adversely affect the country and its financial system by reducing its attractiveness for investors and corporates, ultimately leading to capital outflows and weaker-than-projected economic performance. We are also aware of contagion risks as the exit of one or more larger companies from Malta could create spillover effects to the broader economy.

Nappella biex jitwaqqaf Nation Task Force biex flimkien mal-istake holders kollha noħorġu minn din is-sħaba kerha tal-lista griża li ġiet fuq pajjiżna.

Nafu bil-ħtieġa ta’ investiment u pjan strateġiku fuq l-aspett edukattiv fejn jidħlu l-iskills gap biex nerġgħu nsiru pajjiż kompetittiv. Qed nitilfu talent lokali li ma jridx jibqa’ jgħix f’pajjiżna, kif qed jixhdu bosta surveys, fosthom l-EY Generate Youth Survey ta’ din is-sena fejn juri li kwazi 66% taż-żgħażagħ – jiġifieri tnejn minn kull tlieta, jippreferu jgħixu f’pajjiż Ewropew ieħor u mhux pajjiżhom – mhux Malta. Għandna r-realtà tal-brain drain, għandna ukoll iċ-ċokon tal-pajjiż – id-diseconomies of scale li zgur ma jgħinux. L-iskill mismatches u l-iskill gaps saret waħda mill-akbar ostakli għall-iżvilupp ekonomiku ta’ bosta setturi.

Jeħtieġ nerġgħu bis-serjetà nsaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, nsaħħu l-infurzar u l-moniteraġġ. Dawn l-emendi huma xprunati minn dan il-principju però ejjew narawhom attwati bil-fatti. Is-serjetà fil-banek hija essenzjali però nafu li l-flessibiltà hija mportanti ukoll. One does not exclude the other. L-issue tal-correspondent banking għadha teżisti u qed insolvuha temporanjament.

Jeħtieġ li bil-fatti nattiraw banek speċjalizzati, corporate banks, niche banks li jkollhom risk levels differenti u ħtieġa ta’ banek kummerċjali li huma aktar customer friendly.

Però bir-reputazzjoni li għandu pajjiżna u l-fatt li qiegħdin grey listed sfortunatament sar wisq diffiċli mhux biss biex nattiraw correspondent banks però anke biex nġibu liċenzji ta’ banek oħra li għandhom reputazzjoni tajba u joffri s-servizzi varji li għandu bżonn pajjiżna. Kull ġurnata mitlufa hija opportunità mitlufa biex nagħmlu d-differenza, li nieħdu deċiżjoni u li naraw li mmexxu dan is-settur ‘il quddiem u nkomplu noħolqu l-impjiegi u l-industriji ta’ valur li jixraq lil pajjiżna.