Il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti, Julian Pace Bonello ġie co-opted bħala membru fil-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran. Pace Bonello ġie maħtur f’din il-kariga aktar kmieni din il-ġimgħa wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-ICMG. Pace Bonello se jibqa’ jokkupa din il-kariga sal-2025.
In-nominazzjoni ta’ Pace Bonello waslet fuq inizjattiva tal-President tal-ICMG Davide Tizzano fejn wara l-appoġġ sħiħ tal-Kumitat Eżekuttiv kien hemm qbil unanimu biex Pace Bonello jsir membru fi ħdan l-ICMG.
Il-Kumitat Olimpiku Malti u l-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob tal-Mediterran fl-aħħar snin bnew relazzjoni b’saħħitha fejn flimkien ħadmu favur il-valuri u l-ideali tal-isport.
F’kummenti wara l-ħatra tiegħu, Pace Bonello qal li huwa onorat li se jkun qed jieħu dan l-irwol fejn se jkun jista’ jkompli jaħdem aktar fil-qrib ma’ pajjiżi qrib tagħna.
//= $special ?>