Lokali

Konrad Mizzi joħroġ mill-isptar

Id-deputat Konrad Mizzi ħareġ mill-isptar aktar kmieni illum. Dan ikkonfermah hu stess permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.

“It-tobba u l-mediċi infurmawni li issa nista’ nkompli bil kumplament tat-trattament id-dar. Huwa għalhekk li llum tard wara nofsinhar ħrigt mil-isptar u issa nista nkompli bil-mistrieħ u t-trattament id-dar sakemm nirkupra”, kiteb Konrad Mizzi.