Lokali

L-AFM issalva grupp ta’ immigranti; waħda minnhom titlef ħajjitha

RITRATT PAUL SPITERI LUCAS

Il-katavru ta’ mara twassal fil-port tal-Isla kmieni dalgħodu wara ħidma ta’ salvataġġ li saret mill-Forzi Armati ta’ Malta fis-sigħat li għaddew.

Jidher li b’kollox kienu 43 l-immigranti li ġew salvati. Fosthom hemm ukoll xi tfal.

Stqarrija tal-AFM tikkonferma li l-immigranti salvati qed jingħataw l-assistenza meħtieġa. Intqal ukoll li l-kundizzjoni ta’ waħda min-nisa iddeterjorat, u tilfet ħajjitha eżatt malli l-patrol boat kienet riesqa lejn Malta.

Intant, il-Pulizija qed ikomplu bl-investigazzjonijiet dwar l-immigranti li ġew salvati.