Futbol Sport

Manchester United b’diskussjonijiet ma’ Ernesto Valverde

(Ritratt: EPA)

Manchester United żammew diskussjonijiet inizjali mal-eks coach ta’ Barcelona Ernesto Valverde sabiex jieħu post Ole Gunnar Solskjaer bħala coach interim tar-Red Devils.

Manchester United qed iħarsu li jaħtru coach interim, sa tmiem l-istaġun bil-coach preferut li jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ Manchester United ikun l-coach ta’ PSG Mauricio Pochettino. Jidher li Pochettino huwa nteressat li jsir coach ta’ Manchester United minkejja li f’kummenti li ta lill-midja Franċiża, huwa qal li jinsab kuntent f’Pariġi.

Pochettino sar coach ta’ PSG f’Jannar li għadda fejn għandu kuntratt mal-club Franċiż sas-sajf tal-2023.