Lokali

Marlene Muscat tingħata l-aħħar tislima fin-Nadur

Illum fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl fin-Nadur, ingħatat l-aħħar tislima lil Marlene Muscat – persuna li tibqa’ magħrufa għall-ħidma tagħha fil-volontarjat u x-xogħol fil-komunità anke fil-kariga tagħha ta’ kunsilliera f’Ta Sannat.

Marlene ħadmet ukoll fis-segretarjat tal-Ministeru t’Għawdex u tibqa’ mfakkra bħala omm li dejjem lesta biex tgħin. Hi kienet miżżewġha, u kellha żewġt itfal.

F’quddiesa ccelebrata mill-Arċipriet tan-Nadur Jimmy Xerri, kienu bosta dawk li taw it-tislima taghhom lill-eks kunsilliera tal-PN, fosthom il-Kap tal-PN Bernard Grech, Deputati u uffiċjali tal-Partit, kif ukoll is-Sindku tan-Nadur. Marlene Muscat twieldet f’Ta’ Sannat u kienet tgħix mal-familja tagħha fin-Nadur. Hija għamlet żmien tgħix il-Kanada u kienet ukoll uffiċjal fil-Canadian Maltese Association u membru tal-Mnarja Folk Group, fost għaqdiet oħra.