- id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea
Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea tkellem fil-parlament dwar il-bestjalità u qal li din tikkonċerna atti sesswali bejn in-nies u l-annimali. Hu qal li qara dwar każijiet bħal dawn u tajjeb li ħadd ma jieħu xejn fiċ-ċert u għalhekk il-Parlament għandu jilleġisla biex dawn l-affarijiet ma jseħħux.
Tkellem ukoll dwar dik li tissejjaħ nekrofilja, jiġiferi dwar atti sesswali ma’ katavri. Hu qal li sa dan l-aħħar stess kienu pubblikati rapporti f’dan is-sens.
Anki dwar dan il-Parlament għandu jilleġisla u jkun sod biex atti bħal dawn ma jsirux.
Filwaqt li semma’ l-każ tal-qattiel David Fuller, li dan l-aħħar tressaq il-Qorti fl-Ingilterra wara li nqabad jagħmel atti sesswali ma’ katavri, u qal li hu importanti li wieħed jitgħallem minn dawn il-każijiet biex nassiguraw li pajjiżna ma jkollux ġrajjiet koroh bħal dawn. Dan David Fuller stupra, qatel u kellu sesswalment x’jaqsam ma’ aktar minn mitt persuna u katavru fuq medda ta’ tnax-il sena.
Filwaqt li tkellem dwar l-importanza tar-rispett lejn kull katavru, Mario Galea qal li kull persuna, anki fil-mewt, għandha tibqa’ tkun rispettata.
Hu qal li tajjeb li wieħed jara x’leġislazzjoni għandna f’pajjiżna dwar in-nekrofija u appella li tajjeb li jekk m’għandniex, nilleġislaw u jekk hemm, allura kulħadd jassigura li l-pieni jkunu jirriflettu dawn il-każijiet serji.
//= $special ?>