Lokali

Philip Chircop ifaħħar il-proposti tal-PN favur l-anzjani

“Jien hadt gost nara l-ewwel introduzzjoni tagħkom – “aħna nemmnu b’saħħa fl-anzjanita’ attiva” – dak huwa statement ta’ serħan il-moħħ”.

Din kienet ir-reazzjoni ta’ Philip Chircop, il-President u l-fundatur tal-Fondazzjoni Nanniet Malta wara li l-Partit Nazzjonaliosta kompla jniedi aktar proposti li ħarġu mill-cluster tal-Anzjanità Attiva. Proposti li intlaqgħu tajjeb ferm kemm mill-pubbliku, kif ukoll minn dawk li huma esperti fil-qasam

Waqt l-intervista illi saret minn Roberta Bonello waqt il-programm Net AM, Philip Chircop għamel referenża għall-proposta tal-PN fejn Gvern ġdid immexxi minn Bernard Grech qed iwiegħed lil dawk li jkomplu jaħdmu wara l-eta’ ta’ l-irtirar li d-dħul mill-pensjoni sa massimu ta’ €15,000 mhux se jkun intaxxat.

“Dawn il-proposti li huma verament prekunarji, jgħinu ħafna lill-individwu sabiex ikollu ħajja komda – Dawn huma sbieh għax kulhadd jiehu gost b’zidied, b’nuqqas ta’ taxxa u bl-għajnuniet”.

Philip Chircop faħħar ukoll il-proposta fejn Gvern Ġdid Nazzjonalista se jagħti aktar għajnuna lil dawk l-anzjani li jeħtieġu jixtru mediċini li mhumiex fil-formularju tal-Gvern, kif ukoll jiġi offrut is-servizz tat-tabib personali b’xejn lill-anżjani f’darhom stess.

“Dan huwa kunċett li jolqotni ħafna.. il-fatt li l-Gvern qed iħallaslek għal xi ħaġa personalizzata tiegħel, it-tabib tiegħek, l-ispizerija, il-mediċini .. huma dejjem għajnuna kbira.”

Il-President u l-fundatur tal-Fondazzjoni Nanniet Malta insista li l-anzjani għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika Maltija.

“Bħala partit u kemm bhala Gvern hemm bżonn li nerggħu inrabbu kultura ta’ interess, rispett, integrita’ u dinjita’ lejn l-anzjani”.