Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola tintgħażel bħala kandidat tal-PPE għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew

L-Erbgħa filgħaxija l-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola għamlet pass storiku għall-pajjiżna hekk kif ġiet eletta bħala kandidat għall-President tal-Parlament Ewropew mill-Partit Popolari Ewropew.

Hija rebħet b’112-il vot minn 174 wieħed, jiġifieri aktar minn 64%.

Dan ifisser li rebħet l-ewwel elezzjoni minn tnejn li jafu jwassluha għal din il-pożizzjoni prestiġġjuża immens mhux biss għaliha iżda ankè għall-Gżejjer Maltin u Għawdxin.

Il-vot ittieħed waqt laqgħa interna tal-grupp tal-PPE fejn fost in-nominazzjonijiet flimkien ma’ Roberta Metsola kien hemm ukoll l-Membru Parlamentari Ewropew Olandiża Esther de Lange u l-Awstrijak Othmar Karas.

L-elezzjoni ewlenija mistennija ssir fis-17 ta’ Jannar, 2022.