Stefan Scerri rebaħ il-kampjonat nazzjonali tal-mountain bike li sar f’Għawdex u li kien organizzat mill-Malta Mountain Bike Association. Dan l-avveniment kien wieħed ta’ sfida għaċ-ċiklisti li ħadu sehem hekk kif it-toroq kienu dojoq. Ix-xita li għamlet fil-jum ta’ qabel ukoll għamlet it-tellieqa aktar diffiċli fejn konsegwenza ta’ dan, numru ta’ ċiklisti kellhom ukoll jirtiraw.
Il-kategorija elite kienet iddominata miċ-ċiklisti Għawdxin Stefan Scerri u Brandon Sultana li t-tnejn li huma kienu f’kompetizzjoni diretta bejniethom għal min se jtemm fl-ewwel post. Fl-aħħar ftit iżda kien Stefan Scerri li ħa l-vantaġġ u finalment rebaħ it-tellieqa.
Fil-kategorija sport, Jamie Camilleri ddomina din it-tellieqa u għeleb l-isfida ta’ Etienne Cutajar u Robert Zammit filwaqt li l-kategorija ta’ l’fuq minn 40 sena ntrebħet minn Stephen Grima.
Il-kategorija tan-nisa ntrebħet minn Marie Claire Aquilina li żammet dan l-unur wara li temmet qabel Fiona Tedesco u Felicienne Cini.
//= $special ?>