Internazzjonali Lokali

Tlieta mejta u 430 immigrant qed jissugraw li jegħrqu

Alarm Phone qed tappella lill-awtoritajiet konċeranti sabiex tittieħed azzjoni immedjata biex jiġu salvati 430 immigranti li bħalissa jinsabu f’nofs ta’ baħar lejn it-Tuneżija fiz-zona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

Tard l-Erbgħa filgħaxija l-għaqda Alarm Phone qalet li iktar minn 400 immigranti jinsabu fil-periklu li jegħrqu. Dan hekk kif id-dgħajsa li jinsabu fiha kienet qed titkisser bl-ilma dieħel minn kullimkien. Sa issa diġà hemm tliet peruna rappurtati li tilfu ħajjithom.

Alarm Phone qalet li kien hemm paniku kbir abbord id-dgħajsa, bl-awtoritajiet mhux qed jirrispondu għal din il-kriżi.