Lokali

Appell sabiex ma tintilifx parti mill-identità ta’ pajjiżna

Fi stqarrija l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda saħqet li ħadet nota tal-istqarrijiet li ħarġu lbieraħ mid-Deputat Prim Ministru u mill-Awtoritajiet Ekleżjastiċi dwar l-organizzazzjoni tal-Festi.

L-Għaqda qalet li jidher ċar li l-Protokolli eżistenti maħruġa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika ma jippermettux li jiġu organizzati l-Festi Esterni bħal Purċissjonijiet. Għalhekk l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda għal darba oħra qed titlob laqgħa mas-Suprintendenza tas-Saħħa pubblika bħal ma ilha tagħmel min April 2020 sabiex permezz ta’ diskussjoni magħha flimkien mal-Kurja Arċiveskovili jitfasslu protokolli li jippermettu verament li jiġu ċelebrati l-festi esterni.

L-Għaqda tħeġġeġ sabiex ilkoll flimkien naħdmu sabiex ma tintilifx pern ewlieni tal-Identità Kulturali Maltija.