Edukazzjoni Lokali

BIR-RITRATTI: L-istudenti tal-liġi jiċċelebraw il-gradwazzjoni

Kif gara matul il-ġimgħa kollha, aktar studenti komplew jigradwaw mill-Università ta’ Malta u għalhekk komplew ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet fit-toroq ta’ pajjiżna, din id-darba bid-differenza tal-maltemp, bix-xita ma taqtax qalb l-istudenti.

Illum kien imiss lill-istudenti tal-liġi li intlaqgħu fid-Dar Ċentrali mil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Waqt li ħadu numru ta’ filmati u ritratti, l-istudenti tkellmu ma’ Bernard Grech dwar din il-professjoni li l-Kap tal-PN ħaddan għal snin twal, u li issa se jidħlu fiha dawn iż-żgħażagħ.

Minn naħa tiegħu, Bernard Grech, li kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, wassal messaġġ ta’ kuraġġ għal dawn l-istudenti gradwati u awguralom għall-futur tagħhom.