Lokali

Bit-tkaxkir tas-saqajn il-gvern jista’ jiswa it-telf ta’ dgħajjes għas-sajjieda – PN

Fi stqarrija maħruġa l-Ħamis filgħodu, Edwin Vassallo, Kelliem għall-Agrikoltura, Sajd u n-Negozji ż-Żgħar saħaq li s-sajjieda Għawdxin għadhom jistennew lill-gvern jieħu deċiżjoni rigward kif, fejn u meta ser ikun jista’ jsir l-irbit mal-pontoons il-ġodda fil-port tal-Imġarr f’Għawdex.

Is-sajjieda li jorbtu d-dgħajjes tagħhom fil-port tal-Imġarr ilhom jistennew id-deċiżjoni  rigward meta u fejn ser ikunu jistghu jorbtu mal-pontoons minn Settembru li għadda.

Il-biża’ tal-istess sajjieda rigward id-dewmien li qed jieħu l-gvern biex jiddeċiedi biex jgħid lis-sajjieda fejn ser ikunu jistghu jorbtu d-dgħajjes tagħhom mal-pontoons li ilhom lesti minn Awwissu li għadda, hija għaliex jekk ikun hemm il-maltemp il-ħsara fuq d-dgħajjes tista’ tkun kbira.

Il-Partit Nazzjonalista jitlob lill-gvern jiddeċiedi bla aktar dewmien u telf ta’ żmien. Bit-tkaxkir tas-saqajn il-gvern jista’ jiswa it-telf ta’ dgħajjes għas-sajjieda tagħna.