Kważi 30 persuna tilfu ħajjithom jippruvaw jaqsmu l-fliegu bejn ir-Renju Unit u Franza hekk kif l-aħħar rapporti qed jindikaw li dawn il-persuni kienu immigranti li kienu qed jiġu traffikati lejn ir-Renju Unit.
Fost il-persuni li mietu f’dan in-nawfraġju kien hemm ħames nisa u tifla, b’mara minnhom kienet tqila b’tarbija.
Diversi patrol boats kemm tar-Renju Unit u kif ukoll ta’ Franza salvaw żewġ persuni, filwaqt li l-awtoritajiet arretsaw erba’ allegati traffikanti.
Il-Ministru tal-Intern Franċiz, Gérald Darmanin, qal li dawn l-immigranti riedu jaqsmu l-fliegu biex imorru jaħdmu fir-Renju Unit, filwaqt li tenna li pajjiżi bħall- Belġju, l-Olanda u l-Ġermanja jistgħu jagħmlu aktar biex jgħinu lill-Franza tegħleb l-isfida tal-immigrazzjoni.
//= $special ?>