Futbol Sport

Ħsarat fil-faċilitajiet ta’ Nadur Youngsters kawża tal-maltemp

Nadur Youngsters sofrew ħsarat estensivi fil-faċilitajiet tagħhom kawża tal-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin matul il-jum tal-Ħamis. Konsegwenza ta’ dan il-logħob u t-taħriġ kollu fil-Peter Paul Ground se jkun sospiż għal perjodu indefinit.

Jirriżulta li xogħol li għaddej fl-inħawi, b’mod speċjali fl-infrastruttura tat-toroq tal-madwar, wassal biex iddgħajjef il-pedament tal-grawnd. Ix-xita kompliet iggravat is-sitwazzjoni, bil-konsegwenza li waqa’ l-ħajt tal-madwar u miegħu ġibed ukoll parti mill-fence kif ukoll il-faċilitajiet tad-dawl.

Sadanittant, il-club ta’ Nadur Youngsters qal li ħa l-prekawzzjonijiet kollha neċċessarji biex jibda x-xogħol biex jitranġaw il-ħsarat, filwaqt li jkun żgurat li ma jitħalla l-ebda periklu fil-madwar.