Lokali

“Huwa dnub kbir li ġnien jinqered biex issir binja fih”

“Huwa dnub kbir li ġnien jinqered biex issir binja fih”. Hekk kitbet f’post fuq facebook il-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità ta’ Marsaxlokk Janice Chetcuti wara li parti kbira minn ġnien li jagħmel parti mill-iskola ta’ Marsaxlokk se tintuża biex tinbena l-binja tal-Kunsill Lokali fiha.

Hija qalet li dan il-ġnien jagħmel l-iskola tagħhom partikulari u mill-isbaħ fejn l-istudenti jistrieħu, jilagħbu u jieħdu gost anke jiżirgħu.

Janice Chetcuti qalet li x-xogħol tal-Kunsilliera huwa li jiddefendu lir-residenti u lir-raħal milli jsiru dawn it-tipi ta’ proġetti f’postijiet bħal dawn.

Qalet li bħala kunsilliera f’Marsaxlokk li għandha tant għal qalbha l-ambjent u l-ħarsien tiegħu, ma tista’ qatt tkun parti minn dan il-proġett. Janice Chetcuti qalet li faċilment seta’ nstab post alternattiv fejn issir din il-binja.