Lokali Qorti

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ordnata tħallas kumpens ta’ aktar minn €31,000 f’danni lill-kumpanija

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġiet ordnata tħallas €31,563 f’danni lis-sidien ta’ kumpanija ta’ l-istampar fil-Furjana li spiċċat mgġerrqa wara leak mill-mains. Agius Printing Press fetħet kawża lill-fornitur nazzjonali tal-ilma wara li pipe T tal-korporazzjoni beda jiskula fil-propjetà tal-kumpanija, li qered tagħmir b’valur ta’ €22,653.

Ta’ l-insurance kienu nfurmnaw lis-sidien li parti mill-ħsara ma kinitx koperta mill-polza tal-assigurazzjoni tal-kumpanija. Huma kienu talbu lill-qorti wkoll tagħtihom danni għal telf ta’ qligħ, peress li sal-lum għadhom ma jistgħux jaħdmu.

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, ippreseduta mill-Imħallef Grazio Mercieca, innutat li negliġenza min-naħa tal-konvenuti kienet “ċertament” fattur peress li t-tubi tat-T in kwistjoni kienu diġà ħarġu f’okkażjoni preċedenti u ma kinux installati fuq barra mill-bini kif suppost kellhom ikunu.

“Mhijiex skuża li s-sidien tal-appartamenti ta’ fuq ma kkooperawx mal-Korporazzjoni biex iċċaqilqu l-pajpijiet T għal barra tal-bini,” qalet il-qorti, filwaqt li nnotat li kienet il-Korporazzjoni li kienet installathom ġewwa u li l-kumpanija ma kellha xejn x’jaqsam mad-deċiżjoni tas-sidien tal-appartamenti.

Lanqas ma kien hemm xi evidenza ta’ negliġenza kontributorja min-naħa tas-sidien tal-kumpabija tal-istampar, qalet il-qorti, li ċaħdet din id-difiża bħala “kompletament stupida.” Fil-kwantifikazzjoni tad-danni, l-Imħallef innota li server b’valur ta’ €7,593 sar inutilizzabbli bl-apparat aktar modern li l-kumpanija kellha bilfors tixtri biex tibdlu.

L-istamperija wkoll ma setgħetx taffordja l-€15,060 meħtieġa biex software ġdid iħaddem, u dan wassal għal telf ta’ qligħ li jammonta għal €8,910. L-ammont totali tad-danni dovuti ġie evalwat mill-qorti għal €31,563, li hija ordnat li jitħallas mill-Korporazzjonio, bl-imgħax iħallas sad-data tal-ftehim. Għall-Agius Printing Press dehru l-avukati Raymond Zammit u Thomas Zammit. L-Avukat Abigail Critien u Christopher Vella rrappreżentaw lil Korporazzjoni.