Dan kien il-messaġġ ċar li wassal il-Professur Andrew Azzopardi meta kien qed jitkellem dwar il-liġi tal-kannabis li bħalissa qed toħloq dibattitu enormi. Il-Professur Azzopardi ingħaqad ma’ diversi NGOs, esperti, persuni fil-qasam tas-saħħa u akkademici oħrajn, li kollha qajmu tħassib serju dwar il-liġi tal-Kannabis li qed jimbotta l-Gvern Laburista.
Din l-intervista ta’ Andrew Azzopardi fuq il-programm Net Live saret ftit sigħat biss wara li l-Prim Minisru għamel dikjarazzjoni stramba ħafna dwar dan is-suġġett meta qal li l-liġi tal-użu tal-kannabis, mhux se tinkoraġixxi lin-nies biex jieħdu drogi. Dan fl-istess żmien li Robert Abela qal li l-Gvern qed iħares lejn ‘harm reduction’ meta inawgura ċentru tal-Ibwar li fih se jmorru adoloxxenti bil-problemi tad-droga li ħafna minnhom jaqghu propju fil-vizzju tad-droga, bil-kannabis.
Il-Caritas, Dar Merħba Bik, id-Dar tal-Providenza, il-Millenium Chapel, l-OASI, YMCA huma fost il-ħafna ghaqdiet li qed iqajmu tħassib dwar dak li qed jimbotta l-Partit Laburista u qed jinsistu li dan il-liġi saret bl-għaġla.
