Lokali

“J’Alla dejjem ikolkhom doża ta’ imħabba qawwija lejn l-oħrajn” – l-Arċisqof lill-gradwati tal-MCAST

“Is-suġġeriment tiegħi hu li dejjem ikolkhom doża ta’ imħabba qawwija għalikhom infuskhom, il-proxxmu u l-pajjiż.”

Kliem l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna, hekk kif il-Ħamis filgħaxija fil-Kon Katidral ta’ San Gwann saret quddies għall-gradwati l-ġodda tal-MCAST.

L-Arċisqof feraħ lill-gradwati l-ġodda li permezz taċ-ċerimonji tal-gradwazzjonijiet qed ikunu rikonoxxuti għax-xogħol li għamlu.

Huwa kompla jgħid li kemm dawk l-istudenti li ddeċidew li jkomplu jistudjaw u anke dawk li se jibdew karriera tax-xogħol għandhom ikollhom qalb tajba. Dan għaliex hemm bżonn li kull gradwat ma jaħsibx biss b’mod professjonali iżda wkoll ikollu ħarsa ta’ modrija lejn kull persuna li jiltaqa’ miegħu.

Fi tmiem id-diskors tiegħu, l-Arċisqof fakkar li l-flus mhux kollox filwaqt li awgura li s-sodisfazzjon li qed iħossu dawn il-gradwati jwassalhom biex jgħarfu li hemm bżonn li d-dinja jħalluha aħjar milli sabuha.

Ritratti: Matthew Tabone