Lokali

Lawrence Gonzi bi kliem iebes fil-konfront tal-ispeaker Anġlu Farrugia

“Fejn qatt kienet li l-iSpeaker tal Parlament Malti – li meta jitkellem jagħmel hekk f’isem il-Gvern u l-Oppożizzjoni – jwieġeb liċ-ċittadini li jilmentaw miegħu billi jipprova jagħlqilhom ħalqhom b’ittra ta’ avukat?”

Hekk kiteb l-eks Prim Ministru u l-eks Kap tal-PN Lawrence Gonzi permezz ta’ post fuq Facebook dwar kif fl-aħħar jiem l-ispeaker għażel wieġeb lil Matthew Caruana Galizia permezz ta’ ittra bl-avukat.

Matthew Caruana Galizia talab lill-ispeaker biex jirriżenja minħabba li l-ispeaker naqas milli jindrizza u jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar, bl-ispeaker iwieġeb b’ittra iebsa din it-talba bl-avukat.

“Ma jistax ikun li nibqgħu sejrin hekk. Matthew Caruana Galizia għandu raġun fl-ittra li kiteb lill-iSpeaker. Waqqajna għaż-żuffjet lill-Kummissarju għall-iStandards fil-Ħajja Pubblika u llum huwa ċar li dak id-diskors dwar “standards” ma kien xejn ħlief kliem fil-vojt bla ebda sustanza.”

L-eks speaker tal-Parlament qal li daqs gimgħa ilu, fuq stedina tal Fondazzjoni Enrico u Fortunato Mizzi huwa wettaq diskors fil-Parlament fl-okkazjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-100 sena anniversarju minn mindu twaqqfet din l-istituzzjoni tal-Parlament, fejn mill-ġdid ta’ ħarsa lejn il-punti li għamel tul id-diskors tiegħu.

https://www.facebook.com/lawrencegonzi/posts/4815089091887272