Futbol Sport

Manchester United viċin li jaħtru lil Ralf Rangnick bħala coach interim

(Ritratt: EPA)

Fis-sigħat li ġejjin, Manchester United mistennija jaħtru lil Ralf Rangnick bħala coach interim fejn mistennija joffrulu kuntratt ta’ sitt xhur. Fil-preżent Rangnick għandu l-kariga ta’ Head of Sports and Development ma’ Lokomotiv Moscow u mhux se jkun qed imexxi lil Manchester United qabel il-partita kontra Arsenal hekk kif għadu qed jistenna l-work permit.

Rangnick se jkun qed jieħu post Ole Gunnar Solskjaer li tkeċċa mill-club ta’ Manchester United fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet wara t-telfa ta’ 4-1 kontra Watford. Matul il-karriera tiegħu, Rangnick rebaħ it-tazza tal-Ġermanja ma’ Schalke fl-2011 u wassal lil RB Leipzig sal-finali fl-2019.

Manchester United jinsabu fit-tmien post tal-klassifika tal-Premier League fejn fl-aħħar partita, Michael Carrick mexxa lil Manchester United fir-rebħa fuq Villarreal fil-UEFA Champions League.