Futbol Sport

Mikel Arteta jrid lil Arsene Wenger lura ma’ Arsenal

Waqt konferenza tal-aħbarijiet qabel il-partita kontra Newcastle, il-coach ta’ Arsenal Mikel Arteta qal li jixtieq li l-eks coach Arsene Wenger jirritorna ma’ Arsenal f’irwol differenti.

Wenger mexx lil Arsenal għal 22 sena fejn fost l-oħrajn rebaħ tliet darbiet il-Premier League u seba’ darbiet l-FA Cup. Arteta kien ukoll parti mill-iskwadra ta’ Wenger fejn lagħab taħtu għal ħames snin.

Mikel Arteta qal li hija ħaġa pożittiva ferm li Arsene Wenger ikun qrib il-player ta’ Arsenal u anke madwar it-training ground. Arteta stqarr ukoll li kien hemm komunikazzjoni uffiċjali bejn il-club u Wenger bil-Franċiż ta’ 72 mistenni jieħu deċiżjoni fil-jiem li ġejjin.