Lokali

Pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vettura mitlufa waqt il-maltemp

Pjanċi tar-reġistrazzjoni tal-vetturi li jinstabu mitlufa fit-toroq kawża tal-maltemp ser jinġabru u jgħaddu lil Transport Malta.

Aktar tard, Transport Malta ser tagħmel kuntatt mas-sidien rispettivi biex jiġbru l-pjanċi l-ġodda mill-uffiċini tagħha. 

F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorita` ser toffri l-pjanċi bla ħlas. Nappellaw lil pubbliku biex isuq bil-galbu u b’attenzjoni speċjalment waqt il-maltemp.