Lokali

Raġel armat b’sikkina jwettaq serqa f’ħanut f’San Ġiljan

Ilbieraħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija seħħet serqa minn ħanut fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.

Ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.