Futbol Sport

Rebħiet għal West Ham u Lazio, Tottenham maħsuda

(Ritratt: EPA)

West Ham komplew bil-mixja mill-aqwa tagħhom fl-Europa League meta għelbu lil Rapid Wien barra minn darhom 2-0. Andriy Yaromlenko fetaħ l-iskor għal West Ham wara 40 minuta biex fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima, kien Mark Noble li għamilhom 2-0.

Lazio avvanzaw għall-fażi li jmiss meta fir-Russja għelbu lil Lokomotiv Moscow 3-0. Ciro Immobile skorja żewġ penalties għal Lazio fis-56 u fit-63 minuta biex lejn it-tmiem kien Pedro Rodriguez li għamel l-iskor finali 3-0.

Fi Grupp Ċ, wara t-telfa ta’ Napoli, Leicester għelbu lil Legia Warszawa bl-iskor ta’ 3-1. Leicester marru fil-vantaġġ wara 11-il minuta permezz ta’ Patson Daka. Għaxar minuti wara, James Maddison għamilhom 2-0. Mahri Emreli tilef iċ-ċans li jnaqqas l-iskor għal Legia Warszawa meta falla l-penalty iżda Filip Mladenovic għamilhom 2-1 fis-27 minuta. Fit-33 minuta Wilfred Ndidi reġa fetaħ vantaġġ doppju favur Leicester.

Mill-Conference League, b’mod sorpriża Tottenham kienu megħluba minn Mura bl-iskor ta’ 2-1. Tomi Horvat poġġa lil Mura fil-vantaġġ. Tottenham sfaw jilagħbu bi player anqas fit-32 minuta meta tkeċċa Ryan Sessegnon. Minkejja dan Harry Kane ġab l-iskor indaqs fit-72 minuta. Ftit sekondi mit-tmiem Mura skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ Amadej Marosa.

Roma minn naħa tagħhom, għelbu lil Zorya 4-0. Carles Perez fetaħ l-iskor wara kwarta logħob. Nicolo Zaniolo rdoppja fit-33 minuta filwaqt li dopjetta ta’ Tammy Abraham fis-46 u fil-75 minuta aċċerta minn rebħa għal Roma.

UEFA EUROPA LEAGUE: Ilbieraħ: Broendby v Lyon 1-3, Rangers v S. Prague 2-0, Monaco v R. Sociedad 2-1, PSV v Sturm Graz 2-0, Leicester v L.Warszawa 3-1, E. Frankfurt v R. Antwerp 2-2, Olympiacos v Fenerbache 1-0, Galatasaray v Marseille 4-2, L. Moscow v Lazio 0-3, Midtjylland v Braga 3-2, C. Zvevzda v Ludogorets 1-0, B. Leverkusen v Celtic 3-2, R. Betis v Ferencvaros 2-0, D. Zagreb v Genk 1-1, R. Wied v West Ham 0-2
UEFA CONFERENCE LEAGUE: HJK v Alashkert 1-0, M. Tel Aviv v LASK 0-1, F.Tallinn v P. Beograd 1-0, Anorthosis v Gent 1-0, Bodoe v CSKA Sofia 2-0, Roma v Zorya 4-0, Jablonec v AZ Alkmaar 1-1, Randers v CFR Cluj 2-1, M. Haifa v U. Berlin 0-1, S. Prague v Feynoord 2-2, Lincoln v Copenhagen 0-4, S. Bratislava v PAOK 0-0, Mura v Tottenham 2-1, Rennes v Vitesse 3-3, K. Almaty v Basel 2-3, Qarabag v O. Nicosia 2-2