Kurżitajiet Lokali

Sewwieq tad-deliveries jieqaf jgħin vettura mwaħħla fix-xita qliel

RITRATT YANIS AZZOPARDI
"Għad hawn nies ta' qalb kbira"

Fost l-immaġni ta’ għargħar kbar li laqtu diversi żoni fil-pajjiż, u ta’ karozzi nofshom mgħarrqa fix-xita, fuq il-media soċjali tfaċċaw ukoll ritratti li jnisslu tbissima u anke tama ġdida fl-umanità.

Fost dawn, dan ir-ritratt ta’ sewwieq ta’ kumpanija tad-deliveries tal-ikel li lemaħ karozza mwaħħla ma tistax tiċċaqlaq minħabba li kellha xi ħaġa taħtha. Jidher li l-courier niżel minn fuq il-mutur tiegħu u f’xita qliel resaq lejn il-vettura wieqfa u neħħa l-oġġett li kellha qed jostakolaha, biex il-karozza setgħet tkompli ssuq.

F’post fuq Facebook, Yanis Azzopardi, li qabad din ix-xena f’ritratt, qal li “jekk kien hemm min kellu dubju,… iva fid-dinja hawn nies ta’ qalb kbira”.