Lokali

Welbee’s tħabbar Loyalty APP ġdida

Hekk kif l-istaġun tal-Milied qed joqrob, Welbee’s Supermarkets ħabbru Loyalty APP ġdida, li ser tippermetti lill-klijenti jkollom aċċess għall-informazzjoni dwar il-loyalty scheme tagħhom real-time.

Welbee’s ħejjew ukoll rigal speċjali għall-klijenti tagħhom għal dan l-istaġun tal-festi, hekk kif ix-xiri minn wieħed mit-tmin ħwienet ta’ Welbee’s sar iżjed konvenjenti minn qatt qabel.

“Ninsabu tassew sodisfatti bir-rispons eċċezzjonali li rċevejna fl-aħħar ġimgħat, wara li ħabbarna l-isem ġdid tagħna f’Ottubru li għadda, tant li x-xerrejja Maltin laqaw il-brand ġdida tajjeb ħafna. Hekk kif il-Milied qed joqrob, u l-familji Maltin jibdew jaħsbu minn fejn ser jixtru l-prodotti marbuta ma’ dan iż-żmien, għall-okkażjonijiet differenti bħal ikliet u festini, ħsibna li nagħtu inċentiv ieħor lill-klijenti biex jagħżlu lilna!” qal Mark Borg.

Bil-Loyalty APP il-ġdida, il-klijenti issa jistgħu iħaddmu il-Loyalty Scheme tagħhom mill-kumdità tal-ismart phones tagħhom, apparti l-card normali. L-APP tagħti informazzjoni dwar punti akkumulati, cashback disponibbli, kif ukoll dwar il-ħafna vouchers li jistghu jinkisbu meta jissarfu l-punti.

Però dan mhux kollox. Welbee’s ħasbet f’xi ħaġa tassew speċjali, bħala ringrazzjament lill-klijenti tagħha. Il-Cashback mis-26 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru ser jirdoppja, hekk kif il-klijenti ser jirċievu €6 lura meta jonfqu €50, u €14 lura meta jonfqu €100! Ix-xirja mingħand Welbee’s qatt ma kienet tant konvenjenti!

Il-klijenti jeħtieġilhom li jkunu reġistrati fil-Loyalty APP ta’ Welbee’s sabiex ikunu eliġibbli li jibbenefikaw minn dan id-Double Cashback u benefiċċji oħrajn. Għal iżjed tagħrif żur https://welbees.mt/loyalty-club/.

Welbee’s toffri esperjenza unika, fit-tmin ħwienet tagħha f’Tas Sliema, Paceville, Santa Venera, il-Balluta, in-Naxxar, Spinola, il-Qawra u l-Mellieħa – għalhekk ma jimpurtax liema ħanut tagħżel, tista’ serraħ rasek mill-wegħda ta’ Welbee’s.