Jiżdiedu l-vittmi tal-pandemija f’pajjiżna… hekk kif bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, tħabbru żewġt imwiet oħra … raġel ta’ 63 sena u ieħor ta’ 76 sena kaġun tal-COVID-19. Sabiex b’hekk it-total ta’ vittmi f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 466.
L-ebda dettalji oħra ma ngħataw dwar dawn l-irġiel li sfaw vittmi tal-virus fl-ahhar 24 siegha.
Sadanittant l-awtoritajiet ħabbru wkoll li fl-aħħar sigħat kelna 83 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 28 persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa qabeż l-elf u l-ammont totali hu dak ta’ 1007.
L-aġġornament tal-awtoritajiet tas-sahha jindika li l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei bhalissa huma 13– fosthom hemm tnejn li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Madankollu, mhi tingħata l-ebda informazzjoni dwar il-persuni li jinsabu fl-Isptar, fosthom l-etajiet jew jekk dawn humiex imlaqqmin jew le.
Intant, sal-Ħamis ingħataw 104,989 dożi tal-booster.
//= $special ?>