Jerġgħu jiżdiedu l-vittmi tal-pandemija f’pajjiżna… hekk kif bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa, tħabbru żewġt imwiet oħra – raġel u mara, it-tnejn fl-eta’ ta’ 77 sena, illi mietu kaġun tal-COVID-19. Sabiex b’hekk it-total ta’ vittmi f’pajjiżna mill-bidu tal-pandemija issa tela’ għal 468.
Din il-gimgha biss kellna sitt vittmi tal-Covid – filwaqt li f’gimgha wahda kellna total ta’ 539 kaz.
Fil-fatt…l-awtoritajiet tas-sahha kkonfermaw li fl-aħħar sigħat kelna 56 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 58 persuna oħra. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa huwa ftit aktar minn elf.
Il-kazi attivi jinkludu l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei, li bhalissa huma 12 – fosthom hemm tnejn li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Madankollu, mhi tingħata l-ebda informazzjoni dwar il-persuni li jinsabu fl-Isptar, fosthom l-etajiet jew jekk dawn humiex imlaqqmin jew le.
Sal-Ġimgħa ngħataw 107,776 doża tal-booster ghal kontra l-Covid.
Intant… il-virologu Chris Barbara waqt li kien intervistat fil-programm NetAm mill-preżentatur Keane Cutajar… ikkonferma li tfaċċa varjant ġdid ta’ Covid-19.
“Ilbieraħ rajna aħbar oħra.. illi ħareġ varjant ġdid – Iktar ma jkollok infezzjoni fil-populazzjoni, iktar hemm cans li wiehed minnhom se jagħmel żball, joħroġ varjant .. u dan issa diga għamlu sequencing tiegħu u diga nafu lizball fejn qiegħed.”
Chris Barbara sostna li għalkemm instab varjant ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, l-awtoritajiet qed jimxu fuq il-passi ta’ pajjiżi oħra u ċertu azzjonijiet qed jittieħdu minnufiħ.
Filfatt Malta waqqfet kull vjaġġar lejn numru ta’ pajjiżi Afrikani fosthom l-Afrika t’Isfel, in-Namibja, l-Lesotho, il-Botswana, l-Eswatini u ż-Żimbabwe.
Chris Barbara qal ukoll li l-Ħamis.. l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini ħabbret li t-tilqima tal-virus tista’ tibda tingħata lit-tfal tal-eta’ bejn il-5 snin u 11-il sena… iżda d-doza se tkun ta’ 10 micro grammi – doża inqas qawwija milli tingħata lill-adulti.
//= $special ?>