Internazzjonali

Diżgwid kbir dwar l-immigranti bejn Franza u r-Renju Unit

Il-Prim Ministru ta’ Franza, Emmanuel Macron, irreaġġixxa b’rabja għas-sejħa tal-Prim Ministru Britanniku Boris Johnson biex il-Franċiżi ‘jieħdu lura’ l-immigranti li qegħdin jaqsmu minn Franza lejn ir-Renju Unit.

Intant, il-Britanniċi jemmnu li l-Franċiżi qed jonqsu fl-obbligi biex irażżnu l-immigrazzjoni illegali minn arthom — u minkejja li Franza tħallset il-miljuni ta’ Sterlina mir-Renju Unit għall-infurzar aktar effettiv tal-kriżi.

Intant, Macron akkuża lil Johnson li ‘mhux qed ikun serju’ fit-talbiet tiegħu wara l-mewt, din il-ġimgħa, ta’ 27 immigrant li kienu qed jaqsmu mill-Kanal Ingliż lejn ir-Renju Unit.

Id-diżgwid qed jikber bejn Franza u r-Renju Unit wara li l-awtoritajiet f’Pariġi rtiraw l-istedina lill-Home Secretary Britanniku Priti Patel biex tattendi summit dwar il-kwistjoni delikata. Il-Belġju, Franza, l-Italja u l-Kummissjoni Ewropea se jkunu rappreżentati fis-summit tal-Ħadd f’Calais u li ssejjaħ minn Macron bil-għan li tinstab soluzzjoni għall-movimenti bla limitu ta’ immigranti fil-Kanal Ingliż.

Intant, il-Gvern Britanniku qed jesiġi li l-problema tal-immigranti hi waħda li ‘ir-Renju Unit u Franza jridu jsolvu flimkien’.

L-għarqa ta’ dgħajsa, nhar l-Erbgħa, fil-fliegu bejn Franza u r-Renju Unit irriżultat fl-akbar telf ta’ ħajja f’dik iz-zona għal ħafna snin – bi 17-il raġel, seba nisa u tlett itfal jispiċċaw fost il-vittmi.

Intant, ir-Renju Unit qed jinsisti dwar ħidma immedjata fuq politika ‘għar-ritorn tal-immigranti lejn Franza’ kif ukoll għal tfassil ta’ ftehim simili dwar l-immigranti mal-Unjoni Ewropea.